Hekk kif bħalissa saret popolari koppja ta’ influencers li pubblikament qalu se jitterminaw it-tqala tagħhom meta skoprew li t-tarbija se jkollha Down Syndrome, ħafna ħassew uġigħ u rabja. Graziella tal-paġna Up & Up With Faith, tkellmet dwar dan.
“Qalbi maqsuma bil-filmat virali li qed idur dwar koppja li ddeċidiet (pubblikament) li ttemm it-tqala tagħha għax skoprew li t-tarbija fil-ġuf tagħhom għandha Down Syndrome,” hi kitber. “Filwaqt li m’jien ħadd biex niġġudika d-deċiżjoni ta’ ħadd, anke jekk ma naqbilx bl-ebda mod ma’ dan l-att, li taqsam ħaġa daqshekk sensittiva online meta naf li miljuni qed jarawha, hija l-agħar parti minn kollox!”
“Il-komunità tad-Down Syndrome madwar id-dinja hija mweġġgħa. Nies bid-Down Syndrome, u ngħidha mill-ġdid, ‘nies’ huma mweġġgħin profondament!! Li tkun taf li ħajjithom mhijiex apprezzata bħal kwalunkwe oħra, li Down Syndrome tista’ tkun diskriminatorja anke qabel ma jaraw id-dawl, tassew taqsamli qalbi! U filwaqt li ma nħossnix dispjaċuta għalija nnifsi talli għandi l-Faith sabiħa tiegħi bid-Down Syndrome, inħossni dispjaċuta u l-aktar imbeżża’ meta naf li qed tgħix f’dinja bħal din.”
“Jiddispjaċini wkoll għal dik it-tarbija fil-ġuf li setgħet kienet raġġ ieħor ta’ xemx f’dinja li teħtieġ inqas mibegħda u aktar imħabba. Ma stajtx nibqa’ għaddejja bil-ġurnata tiegħi u ma ngħid xejn, għax ma nistax nieqaf naħseb u nħossni mweġġa’, u l-preżenza tiegħi hawn teħtieġ li twassal għal għarfien aktar qawwi dwar is-sbuħija u l-vjaġġ tat-tifla tiegħi li għandha Down Syndrome.”
Facebook / Up & Up With Faith