Il-paġna Jasmine’s Journey ppubblikat l-aħħar aġġornament dwar il-vjaġġ li għandha biex tibqa’ sejra għall-aħjar permezz tat-terapija. Fil-fatt Jasmine għadha qed tieħu t-terapija ġewwa Londra u jidher li moħħha qed jirċievi ħafna informazzjoni tant li l-għejja tibda tinħass.
“Bejn nivvjaġġa minħabba t-terapija u l-ammont ta’ informazzjoni li moħħi jrid jipproċessa, qed ngħejja ħafna għalhekk irqadt waqt l-ewwel sessjoni tiegħi . Imma xorta komplejna naħdmu anke waqt l-irqad peress li s-sistema tan-nervituri xorta tibqa’ tirċievi informazzjoni siewja.”
Jasmine tinsab lesta biex tkompli tirċievi t-terapija infatti lesta għat-tieni sessjoni. “Jekk jogħġobkom ibqgħu itolbu għalija biex inkompli miexi ‘l quddiem.”