Tfajla Maltija li tbati minn kundizzjoni serja li tista’ twassal sal-mewt xtaqet tgħaddi appell pubblikament u tixtieq li l-messaġġ jasal. “Jiena Mandy Vella, 26-il sena, inbati bil-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis, kundizzjoni progressiva.”
Mandy tisħaq li “Cystic Fibrosis hija kundizzjoni ma tidirx fil-għajn imma teziti. L-kumbattimenti ta’ kuljum inbatihom jiena u ibatuhom sħabi tas Cystic Fibrosis fis-silenzju.” Bħal ma tenniet kemm-il darba, Mandy tikteb li l-mediċina hi t-tama għaliha u għal min ibati minn din il-kundizzjoni. Segwi l-ittra hawn taħt.