F’Malta għadu kemm ġie mħabbar vittma oħra tal-Covid-19. B’kollox s’issa ħallewna 62 persuna li l-maġġoranza tagħhom kienu anzjani.
Nhar is-Sibt 7 ta’ Novembru fit-8pm bħala parti mill-proġett ‘Fejn hu ħuk?’, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ Għawdex se ssir ċelebrazzjoni ta’ talb li tiffoka fuq l-opra tal-ħniena “idfen il-mejtin”. Se jitolbu b’mod partikolari għall-vittmi li mietu bil-Covid-19.
Għal dan, dawk in-nies li tilfu lil qarib tagħhom bil-Covid huma mħeġġin li jibagħtu ritratt biex dawn joffru t-talb għalihom. Liema ċelebrazzjoni se tkun mxandra ukoll fuq xejk tv email fejnhuhuk@gmail.com. Wieħed jista’ wkoll jagħmel kuntatt fuq 79990234.