Illejla, Brillanti Juniors jasal għat-tieni semifinali tiegħu, hekk kif il-kompetizzjoni tkompli tiħrax u l-livell tat-talent ikompli jogħla. Wara li l-ġimgħa li għaddiet sellimna lil Emily u Kane, żewġ kantanti ċkejknin b’talent mill-isbaħ, issa fadal biss 12-il semifinalist.
Din il-ġimgħa, il-parteċipanti se jaffaċċjaw sfida tassew speċjali u emozzjonanti. Kull semifinalist irid jagħżel kanzunetta li fiha jkun hemm referenza għall-omm jew għall-missier, u jiddedikaha lill-ġenituri għeżież tiegħu.
Żgur li se nassistu għal serata fejn it-talent, l-imħabba u l-emozzjonijiet se jimxu id f’id, hekk kif dawn il-kantanti żgħażagħ se jagħtu l-aħjar tagħhom quddiem it-tliet membri tal-ġurija, Matt BLXCK, Miriana Conte u Diane Pilkington.
Iżda hekk kif il-finali qed toqrob, id-deċiżjonijiet tal-ġurija qed isiru dejjem aktar diffiċli. Min se jkollu jaffaċċja s-Sing-Off? U min se jkollu jtemm il-vjaġġ tiegħu f’dan l-istadju tant importanti tal-kompetizzjoni?
Dan kollu u aktar niskopruh illejla, il-Ħamis 26 ta’ Novembru, fit-20:30 fuq ONE. Titilfux it-tieni semifinali ta’ Brillanti Juniors!