Il-Prinċep William u Kate bħalissa jinsabu b’qalbhom maqsuma għall-kelb Lupo li kien il-‘qalb tal-familja’ u li ħalliena l-ġimgħa li għaddiet.
Lupo, cocker spaniel iswed ta’ 9 snin, kien rigal tat-tieġ mingħand ħu Kate, James Middleton. Il-koppja żvelat fuq Instagram: “Sfortunatament il-ġimgħa li għaddiet il-kelb għażiż tagħna, Lupo, miet.”
View this post on Instagram
“Hu kien ilu fil-qalba tal-familja tagħna għal dawn l-aħħar 9 snin u se nimmissjawh ħafna,” kitbu huma.
James Middleton qal fuq Instagram: “Xejn qatt ma jista’ jħejjek għat-telf ta’ kelb. Għal dawk li qatt ma kellhom kelb, jista’ jkun diffiċli li tifhem it-telfa.”
View this post on Instagram
“Madankollu għal dawk li ħabbew kelb jafu l-verità: kelb mhux biss annimal domestiku; huwa membru tal-familja, ħabib tal-qalb, ħbabib leali, għalliem u terapista.”
Instragram/kensingtonroyal