Id-disinjatur Gaetano, persuna impenjata immens u li kemm-il darba narawha tagħti opportunitajiet lil bosta, qasam ħsieb profond fuq il-profil tiegħu. Kliem li kulħadd jista’ anke jirrelata miegħu
Hu jikteb, “Matul dawn l-aħħar ġimgħat, sibt ruħi naffaċċja sensiela ta’ deċiżjonijiet diffiċli, li forsi ħaddieħor ma jifhimhomx. Kien perjodu fejn kelli niżen l-għażliet tiegħi bir-reqqa, ħafna drabi f’solitudni, konxju bis-sħiħ li xi nies forsi qatt ma jifhmu tassew ir-raġunijiet wara l-għażliet li għamilt.”
Gaetano jistqarr li minkejja t-tbissima li tidher fuq fommu, ma jfissirx li ma jkollux mumenti ta’ konfużjoni minn ġewwa. Kif jgħidu, qatt ma taf x’qed tħoss u minn xiex għaddejja persuna minn ġewwa.
B’dan li qasam Gaetano juri li minkejja taffaċċja ruħek b’diffikultà fil-ħajja xorta hemm it-tama, u dak li taħdem għalih, tista’ tara l-frott tiegħu wara.
“Madankollu, nemmen bis- sħiħ li wara kull maltempata, hi kemm hi ħarxa, eventwalment toħroġ qawsalla. Fl-aħħar, nibqa’ nittama li r-riżultati ta’ dawn id-deċiżjonijiet jiżvelaw l-għerf tagħhom u jġibu bidliet pożittivi…”
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura affarijiet pożittivi lil Gaetano!
Facebook/ Gaetano Gaetano