Riċentement, uffiċjal mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kien f’għalqa meta nduna b’sugar glider, li jidher li kien abbandunat jew kien ħarab lil sidu! L-uffiċjal irnexxielu jaqbdu u jsiblu post ġo dar. Dan l-inċident jfakkarna dwar l-importanza tal-ħtieġa ta’ prattiki tajbin meta nikkunsidraw annimali domestiċi u l-effetti negattivi li jistgħu jġibu l-ispēċi mhux indiġeni.
Is-sugar gliders huma speċi li huma popolari fis-suq tal-annimali domestiċi f’Malta, iżda mhumiex indiġeni. Speċi li mhux indiġeni, ikollhom diffikultá biex jgħixu f’ambjent selvaġġ, u ġeneralment ikunu f’riskju ta’ nuqqas ta’ nutrijenti, korriment jew jispiċċaw attakkati minn annimali oħra.
Barra minn hekk, l-eżistenza tagħhom f’ambjenti li mhux tagħhom tista’ tfixkel il-bilanċ delikat tal-fauna u l-ekosistemi lokali. L-ispeċi bħal dawn li jikkawżaw ħsara lill-ambjent lokali u jiġu kklassifikati bħala Invasive Alien Species (IAS). Kwalunkwe osservazzjoni għandha tiġi rappurtata immedjatament fuq dan il-link: https://survey123.arcgis.com/share/0e0e5eec6f324ce6a8688b93068780ae.
Iċ-ċkala tal-ilma ħelu, magħruf aħjar bħala crayfish, hu speċi invażiv u aljen li qed iħalli impatt fuq l-ambjent lokali speċjalment fejn wieħed isib l-ilma ġieri bħal ngħidu aħna ċ-Chadwick Lakes. B’hekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għaddej bi sforz biex speċi bħal dawn li qed joħoloqu problemi, jiġu kkontrollati bl-aħjar mod possibbli.
Bħalissa, ERA qed timplimenta kampanja ta’ għarfien kontinwa dwar l-IAS, fejn qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex ma jabbdandunawx l-annimali tagħhom u jekk ma jridux irabbuhom aktar isibulhom dar li tista’ tieħu ħsiebhom kif suppost.
Wieħed irid iżomm f’moħħu li dan mhux biss jikkawża ħsara lill-annimali infushom, iżda wkoll ikollu impatt negattiv fuq l-ekosistema. Jekk tara speċi invażiva bħas-sugar glider, għandek tirrappurtaha immedjatament.
Għal aktar informazzjoni dwar IAS, żur is-sit ta’ ERA. Ejja naħdmu flimkien biex nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u nkunu responsabbli tal-annimali.