Malta tilfet persuna oħra bil-Covid-19, mara li kellha 80 sena. Din il-mara ddaħħlet fid-9 ta’ Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Din il-vittma baqgħet tingħata kura sakemm ilbieraħ filgħaxija ħallietna.
Ningħaqdu flimkien mal-ministeru tas-Saħħa biex nappellaw lill-poplu biex jibqa’ jsewgi l-miżuri ta’ prevenzjoni. Noffru l-kondoljanzi tagħna lill-qraba tal-vittma.