Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi Kristjana Casha, li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa’ magħrufa għas-sehem tagħha f’Gizelle bil-parti ewlenija ta’ Gail. Karattru li ċertament baqa’ mfakkar u li kien wieħed mill-protagonisti ta’ din is-sensiela popolari.
Apparti minn hekk Kristjana kienet ħadmet il-parti ta’ Lina, waqt is-sensiela Għada Jisbaħ Ukoll. Sensiela bi storja tajba, u nistgħu ngħidu li kien hemm sinerġija mill-isbaħ bejn il-karattri, speċjalment iż-żgħażagħ li għexu flimkien taħt l-istess saqaf fid-dar ta’ Tereża.

Ritratt: Facebook/ Iż-Żmien Bejnietna
Rjnieha wkoll fis-sensiela Chalet fejn biha rritornat fid-dinja tat-televiżjoni wara waqfa twila. Riċentament lil Kristjana segwejnieha waqt Iż-Żmien Bejnietna fejn interpretat il-parti ta’ Carmen.
Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt Kristjana!
Facebook/ National Book Council (Malta)