L-imħabba u s-sapport emozzjonali huma żewġ affarijiet li kwalinkwe tifel u tifla fid-dinja huma intitolati għalihom. Ħadd ma staqsa biex jitwieled, iżda bosta riedu t-tfal. Sfortunatament, bosta tfal m’humiex jiġu mogħtija l-imħabba li jixraqilhom, u din qed ifittxuha mill-iskola, post li f’ħafna mid-drabi l-għalliema jkunu jħobbu lill-istudenti tagħhom qishom uliedhom. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-għalliem Luke Fenech qasam messaġġ rigward dan.
Hu qal, “Tfal li huma maħbuba fi djarhom, jiġu l-iskola biex jitgħallmu; tfal li mhumiex, jiġu l-iskola biex ikunu maħbuba. Għal ħafna studenti, l-iżvilupp emozzjonali huwa 'close to none'. Fi kwalinkwe riforma kurrikulari jew viżjoni, dan it-tagħlim irid jiġi prijoritizzat; u ċertament qabel id-"demands of the industry".”
Temm jgħid, “Nisimgħu lit-tfal, inpoġġu bilqiegħda magħhom, infasslu l-politiki f'isimhom, insegwu b'reqqa x'qed jgħidulna. Hekk nittrattawk vera ta' bniedem, għażiż student.”
Facebook/Luke Fenech