Titħajjar? Jiġu Adottati Iżda Jinstabu Aktar Ġriewi Li “Ommhom Inqatlet Fil-Ġenb Tat-Triq”

Tul dawn l-aħħar jiem fuq Gwida.mt irċivejna għexieren ta’ messaġġi dwar tliet ġriewi li nstabu “marbutin f’borża ġo bin mgħotti biż-żibel” li kienu qegħdin għall-adozzjoni.





Il-persuna li qed tieħu ħsieb dan kollu, Rebecca Camilleri, kitbet fuq il-midja soċjali li “Huwa diffiċli biex inlaħħaq mar-rispons kollu u nħossni ħatja li mhux qed inlaħħaq. Jiddispjaċini ħafna jekk għadni ma weġibtekx, imma eventwalment se nwieġeb lil kulħadd.”

Hi żvelat ukoll li “Dawn bħalissa ġew addottati kollha, sakemm ħadd ma jibdel fehmtu. Imma għadni kemm irċivejt l-aħbar li nstabu aktar ġriewi. Ommhom inqatlet fil-ġenb tat-triq u l-frieħ għandhom ftit jiem biss. Komplu segwu u ntella’ post ukoll.”



puppies

Għalhekk kull min hu interessat li jadotta ġeru għadu jibgħat messaġġ lil Rebecca Camilleri billi jagħfas HAWNHEKK.

Facebook/Rebecca Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI