Transport Malta Iħabbru Rotot Ġodda Tal-Karozzi Tallinja

Il-paġna tal-Facebook tat-Transport Malta ħabbru rotot ġodda tal-karozzi Tallinja b’servizzi differenti biex jgħaqqdu aktar lokalitajiet.

“Rotot ġodda tal-Karozzi Tallinja u servizzi mtejba, qed jgħaqqdu aktar lokalitajiet, u b’hekk jagħmlu l-ivvjaġġar ta’ kuljum aktar faċli u aktar aċċessibbli għal kulħadd,” huma kitbu.

“Bir-Rotot 88, 95, 135, 191 u 406, il-passiġġieri issa jistgħu jibbenefikaw minn konnessjonijiet aħjar mal-Belt Valletta, Marsaskala, Raħal Ġdid, Mater Dei, l-Università, San Pawl il-Baħar u t-Terminal tal-Fast Ferry ta’ Buġibba.”







Ritratti:

Facebook / Transport Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI