"Verament Kuntenta!" – Antonella Vassallo Tirbaħ 4 Unuri Fosthom Għall-Aqwa Preżentatriċi

Ilbieraħ il-preżentatriċi Antonella Vassallo rebħet erba’ unuri differenti waqt l-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Best DJ & Entertainment Awards.

Lil Antonella bħalissa qed narawha kuljum tippreżenta l-programm Għaddi s’Hawn u kull nhar ta’ Sibt ukoll il-programm Illejla Illejla.

Hi rebħet l-unur għall-aqwa preżentatriċi, l-aqwa personalità televiżiva, l-aqwa programm televiżiv, kif ukoll l-aqwa talk show.





Fuq il-mezzi soċjali, Antonella esprimiet il-gratitudni tagħha u saħqet li tinsab “verament kuntenta”.



Prosit, Antonella!

Ritratti: Facebook / Antonella Vassallo u Għaddi s’Hawn

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI