Mara min-naħa t’isfel ta’ Malta, ippublikat ittra li rċeviet minn xhud tal-Ġeħova fuq grupp ‘The Salott’. L-ittra kienet indirizzata lill-familja tagħha.
“Għeżież Familja *,
Jisimni * jien xhud ta’ Ġeħova. Peress li ma nistax niġi d-dar tiegħek, xtaqt niktiblek ittra biex noffri faraġ. Matul dan iż-żmien diffiċli għandna bżonn ħafna faraġ u aħbar tajba. Tista’ tara din l-iskrittura fejn Alla jimpurtah minnek.
‘Waqt li tifgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtaH minnkom’ (1 Peter 5:7)
Mela, tista’ ssib aktar informazzjoni dwar Alla fuq *”

Din il-mara li rċeviet l-ittra qalet li diġà rċeviet 2 ittri f’temp ta’ 3 tijiem.
Int x’taħseb, din idea tajba li tagħtik kuraġġ jew indħil?
Pixabay / The Salott / Facebook