“Xi Ġmiel Ta’ Ħbiberija… Prova Li Social Media Taf Tgħaqqad Lin-Nies” – Mummy On Diet

Alison, magħrufa għall-paġna tagħha ‘Mummy on Diet’ ippubblikat ritratt gustuż flimkien ma’ messaġġ sabiħ iddedikat lil sħabha. Grupp ta’ parteċipanti mill-ewwel staġun ta’ Come Dine With Me Malta, saru u baqgħu ħbieb tal-qalb, anke sena wara li xxandru l-episodji tagħhom, tant li ltaqgħu flimkien riċentament biex iġeddu l-memorji u jqattgħu ftit mumenti flimkien.

Alison kitbet, “Xi ġmiel ta’ ħbiberija… prova li social media taf tgħaqqad lin-nies u għandha s-sabiħ tagħha. U prova wkoll li ħbiberija sinċiera tibqa’ tikber mas-snin.”



“Inħobbokom kollha!” ikkummentat Rodianne Polidano, li kienet fost il-grupp ta’ ħbieb.



Tassew nieħdu pjaċir naraw li programm li ferraħ tant Maltin għaqqad ukoll il-parteċipanti li ħadu sehem fih u fjorixxiet ħbiberija ġenwina permezz tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Mummy on Diet

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI