"Xi Gwaj Ġie Fuqna Issa… Itlob Għar-Raġel Tiegħi. Ħareġ Pożittiv U Kellu Jidħol L-Isptar" – It-Tabib Frank Portelli Jirċievi Dal-Messaġġ

Is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna hi li hi! Mara imħassba dwar il-qagħda ta’ żewġha bagħtet lit-tabib Portelli sabiex iżomm lil żewġha fit-talb tiegħu. Hu qasam din l-istorja biex aktar nies jitolbu għal żewġha li bħalissa jinsab rikoverat fl-isptar jirċievi l-ossiġnu.

Il-mara tgħidlu, “Xi gwaj ġie fuqna issa… itlob għar-raġel tiegħi, ħareg pożittiv u kelllu jidħol l-isptar, qiegħed jieħu l-ossiġnu. Ħin minnhom jitla’ ħafna d-deni… qaluli li niżel fil-pulmun. Inħossni mwerwra. Grazzi ħafna.”





It-tabib Portelli bil-kalma kollha weġibha u għamillha kuraġġ, “la għandu sintomi ta’ nifs bilfors l-isptar fejn ser jirċievi l-aħjar trattament, jistgħu jagħtuh id-dexamethasone li tgħin ħafna ir-remdesivir fil-vina u l-ossiġnu. Naf x’jiġifieri għaliex kelli lil oħti ma kontx qed ngħaġġibha, marda kiefra imma taqtax qalbek niġġildulha aħjar illum.”

Segwaċi tat-tabib Portelli għaddiet messaġġ ta’ kuraġġ minħabba li hi wkoll kienet fl-istess żarbun ta’ dik il-mara iżda b’xorti tajba r-raġel tagħha wara li ġie mogħti l-kura meħtieġa fieq mill-Covid-19. Stejjer ta’ suċċess qed ikun hemm ukoll.



Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nittamaw li dawn il-pazjenti jeqilbu għall-aħjar u jirkupraw ma jdumux.

Facebook / Frank Portelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI