Fuq il-paġna ta’ Shazia, il-ġenituri ta’ din it-tifla esprimew kemm japprezzaw il-kummenti pożittivi tan-nies, li ġenwinament jimpurtahom mill-vjaġġ ta’ Shazia.
Kitbu, “Xi kultant ma tirrealizzax kemm il-paġna tiegħek laħqet nies sakemm toħroġ u tiltaqa’ ma persuni li jagħrfuk u jieqfu jkellmuk, jgħidulek li qed jaraw il-vjaġġ ta’ Shazia. Hemmhekk tirrealizza li kull messaġġ, kull kelma, u kull mument żgħir, qed imiss il-qlub tan-nies.”
Żiedu jgħidu, “Xi ħaġa waħda li verament nemmen, hi li mhix dwar li jkollok eluf ta’ followers, imma kemm persuni ġenwinament iħobbuk, jagħtuk appoġġ, u jinsabu ferħanin għalik. Nippreferi ftit persuni li verament jimpurtahom milli eluf li jagħfsu follow biss. Grazzi lil kull min hu parti mill-vjaġġ tagħna. Intom tfissru ħafna għalija u għal Shazia.”
Facebook / Shazia my story and modeling journey