Membru Tal-Forzi Armati Ta’ Malta Jikseb Riżultat Mill-Aqwa Fil-Verona Half Marathon Fl-Italja

Il-Forzi Armati ta’ Malta awguraw lil Gunner Greengrass Jacob li ħa sehem f’tellieqa barra minn Malta u kiseb riżultati eċċellenti.

Huma kitbu, “Gunner Greengrass Jacob, li jservi fl-Ewwel Reġiment tal-Forzi Armati ta’ Malta, kiseb riżultat mill-aqwa fil-Verona Half Marathon fl-Italja, fejn temm l-ewwel tellieqa tiegħu fuq distanza ta’ 21.1 kilometru f’ħin impressjonanti ta’ 1:11:32!”

Żiedu jgħidu, “Fost madwar 5,600 parteċipant, Jacob kiseb it-23 post fil-klassifika ġenerali, riżultat mill-aqwa għall-ewwel parteċipazzjoni tiegħu f’din id-distanza! Dan is-suċċess huwa frott ta’ xhur ta’ sigħat twal ta’ taħriġ. Il-Forzi Armati ta’ Malta tawgura lil Gunner Greengrass għal dan ir-riżultat eċċellenti u tawguralu aktar suċċessi fl-isfidi li ġejjin!”

Ritratt:

Facebook / Armed Forces of Malta (AFM)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI