11-il Belt Taljana Lesti Jorganizzaw L-Edizzjoni Li Jmiss Tal-Eurovision Song Contest 2022

Wara li l-grupp Taljan Maneskin refgħu t-trofew tar-rebbieħa fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision, f’pajjiżhom l-Italja bdiet it-tellieqa għal liema belt se jmur l-unur li torganizza l-edizzjoni li jmiss. Kif drajna li jseħħ f’dawn l-aħħar snin, l-istazzjon nazzjonali fetaħ sejħa għall-bliet interessati jilqgħu din l-isfida.





11-il belt Taljana wrew din ix-xewqa billi bagħtu d-dokumenti kollha mitluba għal din is-sejħa. Oriġinarjament kienu 17-il belt iżda sitta minnhom rtiraw qabel ma bdiet it-tellieqa. Il-bliet li għadhom qed jittamaw li jkunu huma li jorganizzaw l-edizzjoni li jmiss huma, f’ordni alfabetika: Acireale, Alessandria, Bologna, Genova, Milan, Palazzolo Acreide, Pesaro, Rimini, Ruma, Sanremo u Turin.



Il-bliet ta’ Bologna u Rimini għandhom is-sostenn finanzjarju tar-Reġjun Emiglia-Romagna filwaqt li l-kandidatura tal-belt ta’ Turin għandha warajha l-kunsill Reġjonali tal-belt. Tant hu hekk li hi meqjusa bħala l-aktar belt li qed tiġri ‘l quddiem f’din it-tellieqa.

Ftit tas-sigħat ilu, tnieda wkoll il-logo uffiċjali tal-kandidatura ta’ Turin bħala l-belt għall-Eurovision 2022.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI