141 Każ Ġdid Tal-Covid-19 F'Pajjiżna B'132 Ifiqu – Kemm Ħadu L-Vaċċin S'Issa?

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 141 każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 2,836 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw 132 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 15,233 u n-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 2,665. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 18,168 każ u wettqet 618,435 test.

Il-gżejjer irreġistraw ukoll mewta oħra: mara ta’ 92 sena li mietet fil-Faċilità ta’ Kura fit-Tul tas-Samaritan it-Tajjeb. It-total ta’ mwiet f’Malta issa laħaq għal 270.

Il-post innotat ukoll li sal-bieraħ, l-1 ta’ Frar, 29,002 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 4,476 minn dawn kienu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI