36 Sena Ilu L-Ewwel Film Ta’ Home Alone Kien Fl-Aqwa Tiegħu! Min Jiftakru Joħroġ?

Kevin Mc

Il-film Home Alone huwa wieħed mill-aktar films klassiċi u maħbuba tal-Milied, li għadu divertenti għall-familji madwar id-dinja.

Il-film, taħt id-direzzjoni ta’ Chris Columbus u b’Macaulay Culkin fil-parti prinċipali ta’ Kevin McCallister, ħareġ fis-swali taċ-ċinema fis-16 ta’ Novembru 1990, fl-Istati Uniti.

L-istorja tirrakkonta kif Kevin, tifel ta’ tmien snin, aċċidentalment jitħalla waħdu d-dar meta l-familja tiegħu titlaq għal btala tal-Milied f’Pariġi.

Minn dakinhar illum għaddew 36 sena, hekk kif fl-2026 il-film qed jiċċelebra s-36 anniversarju tiegħu. Matul is-snin, Home Alone sar parti mit-tradizzjoni tal-Milied għal miljuni ta’ nies, b’mumenti komiċi u xeni memorabbli li għadhom jitgawdew minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-konfront bejn Kevin u ż-żewġ ħallelin, Harry u Marv, jibqa’ wieħed mill-aktar elementi emblematiċi tal-film, li minkejja kemm għadda żmien minn meta ħareġ, għadu film li ħafna ma jimmaġinawx Milied mingħajru.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI