Ilbieraħ tard filgħaxija, Gerald Fenech fuq il-paġna popolari tiegħu ħareġ stima tal-każijiet li bħalissa jinsabu fl-iskejjel Maltin. Hu jagħti rendikont ta’ fejn jinsabu l-każijiet u jidher li bħalissa l-istima ta’ każijiet fl-iskejjel hija ta’ madwar 107.
Tajjeb li ngħidu li meta mqabbel man-numru ta’ każijiet attivi bħalissa dan mhux xi numri kbir immens. Barra minn hekk, il-fatt li f’ħafna skejjel jinsab każ wieħed jew tnejn juri biċ-ċar li l-virus ġie mill-komunità u mhux mill-iskola.
Importanti li t-tfal nibqgħu ntambrulhom ukoll l-importanza tal-mezzi ta’ mitigazzjoni, ħasil tal-idejn u l-użu tal-maskri.
Facebook / Edukazzjoni