Lil Ian Jgħaddulu Messaġġ Bil-Lipstick Fuq Il-Windscreen Tal-Karozza! Ara X'Kitbulu

Għad hawn nies li biex jgħidulek kemm iħobbuk jipprovaw ikunu oriġinali u uniċi. Jidher fiċ-ċar li x-xahar tal-maħbubin riesaq u qiegħed fil-qrib għax Ian Vassallo Hagi diġa beda jirċievi messaġġi romantiċi. Imma dan il-messaġġ sabu mal-windscreen tal-karozza!

Il-messaġġ kien jgħid “I love you” u b’wiċċ jidħaq. Ian indirizza lil dan il-proxxmu anonimu, “Ngħidlek grazzi imma jekk vera tħobbni darboħra aħsilli l-karozzi biex turini l-vera mħabba!”.

Awguri Ian jidher li l-imħabba qiegħda fil-qrib!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI