Il-paġna lokali Malta, News, Photos & People tikteb, “Imut Ġan Patist… ikona tal-Baned Maltin. Kellu 3 baned għal qalbu, il-Banda Imperial tal-Mellieħa raħal twelidu, il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat li sa ftit ġimgħat ilu kien għadu jagħti s-servizz tiegħu lejha u l-Banda ta’ Ħad-Dingli li tant ħadem biex twaqqfet. Ġan Patist jibqa’ magħruf għas-servizz tiegħu lill-baned Maltin billi jerfa’ l-istandardi.”
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-Viċi Sindku ta’ Ħad-Dingli, Miguel Abela, li kiteb, “Strieħ fis-sliem Gianpatist. Raġel ta’ veru, ferrieħi u li minn dejjem kont nieħu gost narah jipparteċipa fil-komunità.” Gan Patist kien ukoll kunsilleri ġo Ħad-Dingli u kien maħbub immens minn bosta.
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Ċertament li se jinħass in-nuqqas tal-entużjasmu u l-enerġija li kellu.
Facebook / Soċjetá San Pawl Banda Konti Ruġġieru