Il-kantawtriċi Corazon Mizzi dalgħodu qasmet ir-ritratt mill-faċċata tat-Times of Malta li turi dak li qed jiġi allegat infiq fuq il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest. Il-kantawtriċi provat tirrappreżenta lil Malta total ta’ ħames darbiet bejn l-2012 u l-2016.
Il-kantawtriċi kitbet, “Kemm stajna ngħallmu tfal Maltin idoqqu strumenti b’dawn il-flus.” Kienu bosta n-nies li kkummentaw, kien hemm dawk li qablu magħha u qalu li l-baned li jgħallmu lit-tfal tagħna l-istrumenti huma klassifikati tat-tielet klassi u oħrajn li bdew il-kantaliena tas-soltu li m’għandniex nibqgħu nieħdu sehem aktar.
Kien hemm dawk li ma qablux ma’ dak li qalet u qalu li kieku kienet fil-pożizzjoni ta’ Destiny, ma kinitx titkellem iżda Corazon bil-prudenza wieġbet li hawn mhux qed tiġi kritikata Destiny minħabba li d-deċiżjoni kif jintefqu l-flus ma kinitx tagħha. Corazon bl-ikbar onesta tgħid, “kull sold li qatt infaqt fil-mużika jew fit-trawwim tiegħi ġie minn buti jew minn tal-ġenituri tiegħi. M’iniex xi ħaġa speċjali għax hawn mijiet ta’ artisti bħali f’Malti, inkluż Destiny nnifisha sal-lum.”
Facebook / Corazon Mizzi