“L-Għażiż Missieri Jagħlaq 93 Sena” – L-MP Carm Mifsud Bonnici

Illum jaħbat proprju għeluq snin il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, ibnu l-membru parlamentari Carm Mifsud Bonnici awguralu fl-okkażjoni.

Hu qal, “Illum 8 ta’ Novembru huwa jum verament speċjali għalina, l-Għażiż Missieri jgħalaq 93 Sena. Nsellmu u nirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu, appoġġjaw u sostnew ħidmietu.





Bosta politikanti qasmu l-awgurju tagħhom, fosthom il-kunsillier u l-avukat Errol Cutajar li qal, “Awguri llum lill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici f’għeluq sninu. Ministru tal-Edukazzjoni fi żmien li kont nattendi l-Iskola Sekondarja u dik Post Sekondarja. Aktar tard Lettur tiegħi l-Universita’ ta’ Malta fil-Kors tal-liġi. Politiku illi ta kontribut kbir lill-pajjiżna’ speċjalment fejn tidħol il-kultura u l-edukazzjoni.”

 Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ wkoll nawgurawlu jum mill-isbaħ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI