"Tħabbret Il-Mewt Tal-Ħabib Antik Tiegħi… Ġgant B'Qalb tad-Deheb" – Alfred Zammit B'Tislima Lil Persuna Għażiża

Il-preżentatur u sindku Alfred Zammit ħabbar it-telfa ta’ ħabib antik tiegħu li ħalliena aktar kmieni llum. 

Alfred jistqarr kemm Charles Pace mill-Marsa kien persuna b’qalb tad-deheb u jieħu ħsieb jirringrazzjah ta’ kollox. “Ġgant b’qalb tad-deheb u persuna dejjem lest biex jgħin. Ma ninsewk qatt u grazzi ta’ kollox”

Bint il-mibki Charles ikkummentat fuq il-messaġġ li xerred Alfred u tirringrazzjah tal-imħabba u r-rispett li wera lejh. Tistqarr li “l-papa kien iħobbok ħafna”. Kondoljanzi lill-familjari kollha ta’ Charles u anke lil Alfred li żgur ħass din it-telfa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI