“Is-Soċjetà Filarmonika Leone Tinsab F’Luttu Hekk Kif Tħabbret Il-Mewt Tal-Bandist Onorarju, John Grech” – Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 sellmu l-memorja ta’ John Grech li ħalla din id-dinja llum.

Huma qalu, “Is-Soċjetà Filarmonika Leone tinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-bandist onorarju, John Grech, illum il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2026. Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2026 ġewwa l-Knisja Katidrali t’Għawdex, b’quddiesa praesente cadavere. Il-korteo funebri akkumpanjat mill-Banda Ċittadina Leone, jitlaq minn Pjazza Savina fl-4.00 pm.”

Żiedu, “Is-Soċjetà twassal il-kondoljanzi tagħha lill-għażiża martu Lelina, lil uliedhom Fabienne u Anette u lill-familjari tagħhom. Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fis-sliem. Amen. “ Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI