Hekk kif bħalissa qed tagħmel ix-xita f’diversi lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna taw aġġornament tat-temp.
“It-temp illum jisbaħ bil-biċċa l-kbira msaġġab, b’xita iżolata possibilment anke bir-ragħad għall-ewwel,” huma kitbu. “Jiċċara minn waranofsinhar.”
“Ir-riħ ħafif li jsir moderat mill-Majjistal iżjed tard, imbagħad isir ħafif u varjabbli matul il-lejl li ġej. L-ogħla t-temperatura llum hu 22°C u l-inqas illejla ta’ 13°C.
Facebook / It-Temp Madwarna