Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi sellmu għall-aħħar darba lill-Kunsillier Paul Fenech. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill, irringrazzjawh tal-ħidma tiegħu u l-karattru sinċier tiegħu.
Kitbu, “Illum tajna l-aħħar tislima lill-Kunsillier Paul Fenech. Id-dedikazzjoni, altruwiżmu, u servizz tiegħek lejn il-komunita` tagħna qatt m’aħna ser ninsewh. Grazzi ta’ kull m’għamilt u tal-impatt pożittiv li ħallejt fuq tant ħajjiet. Nitolbu li tistrieħ fil-paċi etern. Dejjem se tibqa’ fi qlubna. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb f’dan iż-żmien diffiċli.”
Fost il-kummenti, bosta persuni esprimew kemm Paul kien ġentlom ta’ veru, mimli għerf u spirtu.
Inżommuh fit-talb tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Is-Swieqi Local Council