Il-membru parlamentari Francesca Zarb qasmet messaġġ fuq Facebook biex tifraħ lil oħtha, Maria Zarb, wara li kisbet riżultat importanti fl-ispeċjalizzazzjoni tagħha fil-mediċina.
Fil-messaġġ tagħha, Francesca faħħret id-dedikazzjoni u l-perseveranza ta' oħtha tul is-snin tal-istudju u x-xogħol, filwaqt li qalet li llum rat il-frott tas-sagrifiċċji kollha li għamlet.
"Nifraħ minn qalbi lill-għażiża oħti Maria Zarb tar-riżultat tagħha fl-ispeċjalizazzjoni tal-Mediċina. Kemm rajtek tistudja, taħdem u tistinka... Illum qtajt il-frott," kitbet Francesca.
Fl-istess messaġġ, hija esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn il-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa, u rringrazzjat lit-tobba, kif ukoll lill-ħaddiema kollha fl-isptarijiet u l-polikliniċi, għas-servizz u d-dedikazzjoni tagħhom lejn il-pazjenti.
Francesca temmet il-messaġġ tagħha billi awgurat kull suċċess lil oħtha fil-karriera tagħha, filwaqt li indirizzatha bħala "Dr Maria Zarb MD (Melit.) MRCP PACES (Edin.)", b'awgurju għall-kisbiet fil-futur.
Facebook/ Francesca Zarb