“Kapaċi Taqrali Moħħi Mingħajr Ma Nlissen Kelma” – Daryl Ebejer Lil Dorothy

Daryl Ebejer qasam messaġġ mill-isbaħ hekk kif hu u martu Dorothy qed jiċċelebraw il-31 anniversarju tagħhom flimkien. F’din l-okkażjoni speċjali, Daryl esprima l-imħabba u l-gratitudni tiegħu lejn Dorothy, il-mara li ilha maġenbu għal dawn is-snin kollha u li, fi kliemu, dejjem appoġġjatu fil-ħolm u l-ambizzjonijiet tiegħu.

"Awguri għall-31 anniversarju lill-mara li dejjem tkun hemm biex tappoġġjani fil-ħolm kollu tiegħi, ikun kemm ikun kbir, miġnun jew sempliċi. Dik li kapaċi taqrali moħħi mingħajr ma nlissen kelma waħda," kiteb Daryl. Huwa kompla b’versi ħelwin iddedikati lil Dorothy, "Int l-arja li nieħu n-nifs, il-krema fil-kafè tiegħi. Is-snin jistgħu jgħaddu, iżda t-tbissima tiegħek tibqa’ ħelwa daqs il-ħelu."

Kliem li juri r-rabta sabiħa bejn Daryl u Dorothy wara 31 sena flimkien, u fuq kollox l-appoġġ u l-imħabba li komplew isaħħu r-relazzjoni tagħhom matul is-snin. F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Daryl u Dorothy aktar snin sbieħ mimlija mħabba, ferħ u memorji prezzjużi flimkien. Awguri!

Ritratti:

Facebook / Daryl Ebejer

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI