Il-mużiċist lokali u tant maħbub, George Curmi Puse, sellem il-memorja ta’ ommu li llum tiċċelebra għeluq sninha fis-sema.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu hu kitbilha, “Insellem il-memorja tal-għażiża ommmi Miriam f’jum twelida.”
Kompla billi kitbilha, “Ma, kompli strieħ fis-sliem u fil-paċi tal-Mulej xxx”.
Flimkien ma’ dan il-messaġġ hu ppubblika ritratt il-ġmiel tiegħu fejn jidher hu ma’ ommu, bi tbissimha ħelwa fuq fommhom li tixhed l-imħabba ġenwina ta’ bejn iben u omm.
Il-messaġġ irċieva diversi kummenti joffru l-kondoljanzi tagħhom u jfakkru kemm kienet mara b’qalb tad-deheb.
Inżommuha fit-talb tagħna. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Mulej.
Facebook / George Curmi Puse