L-attriċi Rebecca Dimech Menniello qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali f’okkażjoni speċjali għal bintha Jade, hekk kif din iċċelebrat il-gradwazzjoni tagħha.
Permezz ta’ filmati li jfakkruha fiż-żmien meta bintha kienet għadha tifla ċkejkna, Rebecca esprimiet kemm għadda ż-żmien malajr, minn dawk l-ewwel passi żgħar sal-mument sabiħ li taraha liebsa l-libsa tal-gradwazzjoni u lesta biex taffronta d-dinja.
Stqarret li kieku setgħet, kienet twaqqaf il-ħin biex terġa’ żżomm f’idejha lit-tifla ċkejkna li kienet, iżda li meta tara l-mara sabiħa li saret, qalbha timtela b’ferħ u emozzjoni.
F’dan il-messaġġ mimli mħabba u kburija, Rebecca awgurat lil Jade biex qatt ma tieqaf toħlom u biex tkompli timxi ’l quddiem lejn il-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħha.
“Il-vjaġġ tiegħek, il-kisba tiegħek, il-mument tiegħek,” kitbet l-attriċi, filwaqt li enfasizzat kemm hi kburija biha. Il-messaġġ intemm b’dedikazzjoni mill-isbaħ għal bintha, li fiha Rebecca, flimkien ma’ Nick, awguratilha kull suċċess u fakkritha li mħabbithom lejha tibqa’ dejjem.
Awguri!
Facebook/ Rebecca Dimech Menniello