Malta Diżastru Totali ta’ sikwit iqajmu xi diskussjoni interessanti fuq il-paġna tagħhom. Illum staqsew mistoqsija li ġġenerat aktar minn 400 kummenti fejn staqsew, “X’Inhuma L-Akbar 3 Problemi F’Malta Bħalissa?”
Bosta kkumentaw dwar il-politika, b’ħafna kummenti partiġġjani u bla-ebda kritika kostruttiva lejn il-parti ta’ kontra. Kien hemm imbagħad min qal li waħda mill-akbar problemi f’pajjiżna huma dawk li jżeffnu l-politika f’kollox.
Ħafna oħrajn tkellmu dwar it-traffiku, l-kostruzzjoni, żieda drastika fil-popolazzjoni, t-temp, il-barranin, it-turisti, u ċ-ċittadini Maltin. Ħafna kitbu dwar l-għoli tal-ħajja, t-trasport publiku, l-ħmieġ fit-toroq, u l-midja soċjali. Bosta kkumentaw fejn qalu li ma jafux minn fejn se jibdew.
Int x’taħseb?