“Bħalissa Hu Rikoverat Fl-Isptar Mater Dei, Wara Li L-Bieraħ Kellu Inċident” – Parroċċa San Lawrenz – Il-Birgu

Il-Parroċċa ta’ San Lawrenz fil-Birgu riċentament staqsew lis-segwaċi tagħhom għat-talb wara li Dun Pawl Raggio spiċċa l-isptar wara inċident.

Huma qalu, “Mons Pawl Raggio, eks Arċipriet tal-parroċċa tagħna u iben denju tal-Belt Rebbieħa, bħalissa hu rikoverat fl-Isptar Mater Dei, wara li l-bieraħ kellu inċident quddiem id-dar tiegħu.”

Żiedu, “Tajjeb li bħala komunità nitolbu għalih biex il-Mulej jieqaf miegħu f'dan il-mument kruċjali. Wara kollox hu wieħed minna. Dun Pawl hu saċerdot sempliċi u umli, maħbub minn kulħadd. Tajjeb għalhekk li nżommuh fit-talb tagħna.”

Nawgurawlu fejqan ta’ malajr!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI