Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kapitlu 378 tal-Liġijiet ta’ Malta), qiegħda toħroġ dan l-Avviż Pubbliku li bih qiegħda tidentifika u tgħarraf lill-pubbliku li l-kumpanija segwenti:
Portelli and Brincat Limited (C 5467) kienet parti f’kawżi deċiżi mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur favur il-konsumaturi, liema deċiżjonijiet ma ġewx onorati minkejja diversi tentattivi sabiex jiġi żgurat il-konformità magħhom.
L-ammont totali dovut mill-kumpanija lit-tmintax-il (18) konsumatur affettwat jammonta għal erbatax-il elf, mitejn u ħames ewro u ħamsin ċenteżmu (€14,205.50).
Il-każijiet kienu prinċipalment jikkonċernaw depożiti mitluba għal ordnijiet li qatt ma ġew ikkunsinnati lill-konsumaturi u prodotti li allegatament kienu difettużi.
Dan l-Avviż Pubbliku qed jinħareġ fl-interess tal-ħarsien tal-konsumaturi u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra li tista’ tittieħed skont il-liġi.
Dan l-Avviż Pubbliku ma jikkostitwixxix deċiżjoni dwar kwalunkwe kwistjoni oħra lil hinn minn dak stabbilit fid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.
Facebook/ MCCA