Il-Malta Assoċjazzjoni tal-Futbol esprimiet dieqa għat-telfa ta’ Silvio Demanuele, raġel li ħalla mpatt kbir fuq l-istorja tal-futbol lokali u kien maħbub ferm.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom kitbu, “Il-Malta Assoċjazzjoni tal-Futbol tesprimi kondoljanzi għat-telfa ta’ Silvio Demanuele fl-eta` ta’ 65, li f’ħajtu kien anke tim plejer mat-tim nazzjonali Malti.”
Demanuele se jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-fubol Malti. Hu deher seba’ darbiet mat-tim nazzjonali Malti u anke rnexxielu jiskurja gowl waħda.
“Il-Malta FA testendi s-simpatija tagħha lill-familjari, ħbieb, u dawk kollha li kienu jafuh. Jistrieħ fil-paċi.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Malta Football Association – 1900