Jekk tara Liquorish, żgur li taf min huma Dylan, Kyle u Nathalie! Naħseb li lkoll nistgħu naqblu li huma tliet persuni b’personalitajiet eċċezzjonali!
Matul l-isfida ta’ Liquorish rajna kemm dawn it-tlieta qablu. Iżda din il-ħbiberija ma ntemmitx meta niżlu lura Malta mit-Tanzanija! Fortunatament għadhom ħbieb kbar sal-lum il-ġurnata.
Ilbieraħ dawn it-tliet personalitajiet tellgħu ritratt tagħhom fuq il-midja soċjali; Dylan u Kyle jbusu lil Nathalie. Fil-post Kyle kiteb li fid-dinja tal-lum qisna meta naraw lil xi ħadd jitgħannaq jew ibus lil xi ħaddieħor, qisna naħsbu ħażin u nittimbraw lil dak li jkun. Kyle kiteb, “aħna lesti li mmorru kontra l-kurrent għax m’għandna l-ebda intenzjoni ħażina nuru mħabbitna!”
Nathalie stqarret li bdew l-avventura ta’ Liquorish mingħajr ma kienu jafu lil xulxin, iżda “bdejna bir-rispett, imma issa li nafu lil xulxin għadna qed niskopru l-karattri u qbadna t-triq imsejħa “it-Triq tal-Ħbieb”, “Triq ir-Rispett”, “Triq Ferħan Int, Ferħan Jien.” It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil dawn it-tlieta u l-bqija tal-parteċipanti għal Liquorish!
Facebook / Nathalie ta' Liquorish