"Ħadd, Wisq Anqas Jien, Ma Propona L-Introduzzjoni Ta’ Santwarji Li Joqtlu L-Annimali F’Malta" – Alison Bezzina Tinsab Imweġġa' B'Dak Li Ntqal

Alison Bezzina xtaqet tikkjarifika dak li kitbet ilbieraħ rigward is-sitwazzjoni tal-biża’ li sabu ruħhom fiha eluf ta’ annimali abbandunati. “Li tkun interpretata ħażin mill-kaċċaturi u dawk li jieħdu ħsieb annimali taż-żoo nifhimha imma li tkun miftiehem ħazin minn nies oħra li jħobbu l-annimali, tweġġagħni. Għaldaqstant, xtaqt nerġa’ nikkjarifika li dak li ktibt fl-artiklu fuq is-Sunday Times ma kinitx proposta biex nintorduċi santwarji li joqtlu l-annimali f’Malta imma xtaqt nagħmel twissija serja!”

Jidher li kien hawn min fehem u interpreta dak li kitbet Alison, qisha qed tipproponi li jsiru s-santwarji fen jinqatlu l-annimali. “Ħadd, wisq anqas jien, ma propona l-introduzzjoni ta’ santwarji li joqtlu l-annimali f’Malta imma jekk mhux se nieħdu azzjoni issa dak li ġara f’pajjiżi oħra se jiġri f’Malta.”

Alison terġa’ tfakkar dawk il-ħames soluzzjonijiet li bihom il-problema kapaċi titranġa b’xi mod.

  1. Kampanja nazzjonal ta’ sterilizzazzjoni ffinanzjata mill-gvern mal-pajjiż kollu
  2.  Jiġu rregolati b’mod strett dawk in-nies li jgħammru l-annimali
  3.  Il-microchipping tal-qtates isir obbligatorju
  4.  Li naddottaw u ma nixtrux sakemm is-santwarji tagħna jkunu vojta
  5.  Li nintaxxaw lil dawk li jgħammru l-annimali fuq il-bejgħ tagħhom. 

Alison tagħlaq billi tħeġġeġ u mill-ġdid tappella biex dawn il-ħames affarijiet jiġu fis-seħħ u l-annimali jiġu protetti u MHUX jintbagħtu għall-qatla. “Jekk ma nagħmlux dan kollu, is-santwarji fejn fihom jinqatlu l-annimali ssiru inevitabbli. Dan abbli ma jiġrix taħt l-amministrazzjoni attwali jew dik ta’ warajha, imma jiġri.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI