Il-kumpanija Enemalta għadha kif xerrdet avviż fuq il-paġna uffiċjali rigward qtugħ tad-dawl.
“L-Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta bdew it-tiswijiet fuq ħsarat li żviluppaw fis-sistema tad-distribuzzjoni li qed jolqtu lill-klijenti li jieħdu l-provvista tad-dawl minn numru ta’ substations f’partijiet mill-lokalitajiet taż-Żurrieq u Ħal Far. Qed isir kull sforz biex it-tiswijiet jitlestew fl-inqas ħin possibbli ħalli l-provvista tarġa’ lura għan-normal. Ħa nkunu qed naġġornawkom bl-iżviluppi hawnekk. L-Enemalta tiskuża ruħha mal-klijenti għal kull inkonvenjent.”