Megan Portelli, żgħażugħa ta’ 16-il sena ser tibda isservi bħala l-ambaxxatrċi taż-żgħażagħ fi ħdan il-Kunsill Lokali tan-Nadur.
“Żgħażugħa kwieta iżda dħulija mmens, persuna ta’ ftit kliem iżda brava u tifhem malajr x’ikun mistenni minnha, ħabrieka u ma tiddejaqx tagħti daqqa t’id,” kiteb is-Sindku tan-Nadur, Edward Said.
“HI kienet hemm biex tgħin lil Kunsill Lokali matul l-aħħar snin f’diversi inizjattivi fosthom ic-Charter, Milied, Halloween, Nadur 8k u anke Clean-Ups. Dan kien biżżejjed sabiex l-Kunsill kollu jaqbel ma’ din l-għażla.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlek Megan!
Facebook/Edward Said