Wara l-esperjenza qarsa li kellha, Raisa tgħid waqt l-intervista fuq L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa li xorta waħda l-ħajja wara li qamet mill-koma ġiet ħafna isbaħ milli kienet. Dan ma kienx dejjem faċli għaliex fil-bidu kienet taħt xokk u kienet qed tissielet mal-fatt li ħajjitha nbidlet ta’ taħt fuq. Iżda hi tirringrazzja lill-Bambin li għadha ħajja.
U mhux talli hekk, talli Raisa tassew għandha min iħobbha! Grupp ta’ ġuvintur b’qalb tad-deheb magħrufin bħala crazyteammalta fthemu li jagħmlu sorpriża għal Raisa, “persuna speċjali” li għandhom rispett u imħabba kbira lejha.
Araw daqsxejn!