Bil-Filmat: Joseph Calleja Ħa Jħabbar Xi Ħaġa Eċitanti – X'Inhu Ġej?

It-tenur ċelebri Malti, Joseph Calleja dalgħdu ħareġ fuq il-baħar u ddeċieda li jmur live biex jurina xenarju mill-isbaħ. Xenarju li wieħed jista’ jgawdi mill-ibħra Maltin. Waqt dan il-filmat qasir, Joseph ħa l-opportunità jħabbar li nhar it-Tnejn ħa jkun qed jorganizza sezzjoni live fuq Facebook.





Tul din is-sezzjoni, is-segwaċi tiegħu ħa jkunu jistgħu jistaqsuh diversi mistoqsijiet u hu ħa jkun qed iwieġeb. Barra minn hekk hu żvela li waqt din is-sezzjoni live, li ħa ssir fis-19:00, it-tenur Malti ħa jkun qed iħabbar xi ħaġa interessanti. Nistennew u naraw. Li hu żgur li din is-sena l-Maltin immissjaw il-kunċert annwali tat-tenur Malti, forsi b’xi mod jew ieħor ħa jkollna ċ-ċans li ngawdu mill-vuċi sabiħa tiegħu.

Nhar it-Tnejn fis-19:00 niskopru x’ħa jħabbar eżatt!

Simon Fowler – Facebook / Joseph Calleja 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI