Bl-Awdjo: Anqas Temmnu X'Għamlet Għat-Tieġ Tagħha L-Professur Charmaine Gauci!

Jidher li l-Professur Gauci mżewqa b’tant u tant talenti. F’telefonata dalgħodu fuq Magic Malta flimkien ma’ Carlo, Gordon u Anna, il-Professur Gauci żvelat xi ħaġa li żgur ftit kienu jafu dwarha.

It-trio kienu qed jiddiskutu n-nostalġija u snin Disgħin. Biex tiċċajta, il-Professur qalet li hi kellha pandemija ta’ studju tul dawk is-snin imma seħħew ħafna u ħafna affarijiet sbieħ fosthom iżżewġet u kellha t-tifel.





Meta staqsewha jekk għandhiex xi ħaġa partikolari li tfakkarha f’dawn is-snin, Gordon mill-ewwel qabeż isaqsiha jekk għadx għandha l-libsa tat-tieġ. Il-Professur Gauci qalet li iva għadha għandha għax kienet propju hi li ħietet il-libsa tat-tieġ tagħha!

Għandna kurżità kbira sabiex naraw il-libsa tat-tieġ tal-Profs Charmaine imma ma għandniex dubju li kienet għamlet biċċa xogħol mill-aqwa għal din il-ġurnata tant u tant importanti għaliha, għal raġel tagħha u l-familja kollha.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI