“Cutie Tagħna, 14-Il Sena Ta’ Mħabba … Ħa Nibqgħu Nħobbuk U Nsemmuk U Ħa Nimmisjawk Ħafna” – Eleanor Cassar

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-kantanta Eleanor Cassar qasmet aħbar xejn sabiħa, hekk kif tkellmet dwar Cutie, kelba li kien ilha magħhom tul dawn l-aħħar 14-il sena u sfortunatament ħalliet din id-dinja riċentament.

Hi qalet, “Ooh Cutie tagħna ... 14-il sena ta’ mħabba ... grazzi ta’ kemm ġibt ferħ u kumpanija lill- familja tagħna. Int kont l-ewwel tarbija tagħna ... għamilna dak li stajna miegħek u bqajna sal-aħħar nieħdu ħsiebek. Ħa tħalli ħafna memorji sbieħ warajk.”

Żiedet, “daqshekk tbatija għalik Cutie. Bqajt tiġġieled sal-aħħar biex tibqa’ magħna, iżda kien wasal il- ħin biex tistrieħ. Ha nibqgħu nħobbuk u nsemmuk u ħa nimmisjawk ħafna.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI