Davide Tucci Jsellem Lil Brimbu Filwaqt Li Jgħaddi Messaġġ Mill-Isbaħ

Ilbieraħ kienet l-aħħar darba li ser naraw il-Brimbu ħaj hekk kif ġie maqtul. Davide Tucci f’xandira diretta mill-paġna tiegħu stqarr li dan kien wieħed mill-karattri li ħabb mill-bidu nett. “Il-Brimbu kien proġett li beda aktar minn 4 snin ilu u hu karattru għal qalbi ħafna. Sa mill-ewwel mument li ntlaqt lili nnifsi fih. Ħassejtni liberu, ħassejtni nista’ nagħmel li rrid mingħajr konfini tas-soċjetà”.

Davide jgħaddi messaġġ ukoll sabiħ imnebbaħ mill-Brimbu. “It-triq li tidher l-eħfef, ġeneralment tkun it-triq tan-niżla. Din ġieli ma tkunx tista titla lura minnha b’mod faċli. Kull għażla hija riskju imma hija wkoll opportunità li tista tieħu pass fid-direzzjoni t-tajba” jgħid Davide fil-filmat.

Fil-filmat jappella biex noqgħodu attenti b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet, “Il-Brimbu telaq imma l-Covid għadha fostna”. Fl-aħħar jirrispondi domanda fuq il-mustaċċi l-ġodda li tfaċċaw fuq Davide u jgħid, “Il-mustaċċi temporanji u mhux hemm għal dejjem!”

Tista’ tara l-filmat HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI