Waqt il-konferenza stampa, id-DPM U Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li dawk li għandhom permess ta’ residenza f’Malta u għandhom id-dokumenti meħtieġa fosthom ċertifikat tal-vaċċin, issa jistgħu jagħmlu l-kwarantina tagħhom fid-djar tagħhom. Hemm kundizzjoni waħda; li hi li fl-istess dar ma jkunx hemm persuna mhux imlaqqma.
Dan ifisser li dawk imlaqqmin u li ġejjin minn pajjiżi fuq il-lista l-ħamra skura jistgħu jagħmlu l-kwarantina fi djarhom. Fearne jgħid li r-raġuni tar-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar u l-protokolli tal-kwarantina saru minħabba n-numru għoli tal-każijiet li kellna fil-bidu tas-sajf. Peress li m’hemmx dak l-ammont għoli bħalissa, wasal iż-żmien li jsir xi rilaxxar.