Permezz ta' kitba fuq il-paġna tiegħu, Kevin Borg sellem lil zijuh li għadu kemm ħalla din id-dinja.
Qal, "Tassew hija esperjenza surreali meta titlef lil xi ħadd li tkun tħobb tant. Ziju Silvio, jien dejjem kont inħares lejk bħala wieħed mill-eroj tiegħi. Kellek karattru b’saħħtu u mill-isbaħ, iżda fejn kont nidħol jien, bil-praspar tiegħi dejjem kont jirnexxieli ndaħħqek, tant li fost il-kuġini kollha kont qtajt qalbek milli tipprova żżommni taħt kontroll.
Saħansitra kont ġejt iżżurni l-Iżvezja meta kont qed inħossni waħdi. Qatt mhu se ninsa l-pariri prezzjużi tiegħek u dejjem se nżommok f’qalbi, ziju. Se nimmissjak immens! Nibgħat l-imħabba kollha tiegħi lill-għażiża zija Carol u lill-kuġini mill-isbaħ tiegħi, Gail u Dean."
Mit-tim ta' Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha.